Politika
L-AD tippreżenta l-manifest għall-elezzjoni tal-PE u tal-Kunsilli

Alternattiva Demokratika ppreżentat il-manifest elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, li jonqsu jigi approvat mil-laqgħa ġenerali tal-membri tagħha. Il-manifest fih tlettax-il taqsima u hu bbażat fuq il-prijoritajiet tal-Partit tal-Ħodor Ewropej.

Il-Perit Cacopardo qal li madankollu Alternattiva rreġistrat il-pożizzjoni tagħha kontra l-abort. Il-Perit Cacopardo qal iżda li l-pajjiż għandu jneħħi rasu mir-ramel għax qal li l-abort ilu jsir is-snin mill-Maltin. Żied jgħid li hu stmat li kuljum isir abort mill-Maltin u appella biex isir dibattitu matur fuq l-abort.

F’konferenza tal-aħbarijiet fin-Naxxar, il-Perit Cacopardo qal li din il-lokalità hija fgata bil-bini u bit-traffiku, li qal jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Appella biex in-nies jieħdu lura t-toroq li huma tagħhom u mhux tal-karozzi. Alternattiva Demokratika tinsisti li l-ewwel prijorità għandha tkun il-mobilità sostenibbli bħal miexi, l-użu tar-rota u trasport pubbliku.

Huwa qal li l-proposta tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. biex jingħataw kumpens tal-iżvilupp mitluf minħabba restrizzjonijiet fiż-żoni ta’ konservazzjoni urbana. billi jingħataw drittijiet ta’ żvilupp addizzjonali f’żoni oħra, ikollha effett negattiv f’lokalitajiet bħan-Naxxar.