Politika
L-AD u l-PD jappellaw lill-Prim Ministru biex iwaqqaf il-proġett tas-Central Link

L-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokrakratiku li qegħdin fil-proċess li jingħaqdu appellaw lil Prim Ministru biex iwaqqaf il-proġett tas-Central Link. Qalu li r-risposta għall-konġestjoni tat-traffiku hija l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ trasport sostenibbli, u mhux iktar toroq.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Ħ’Attard, iċ-Ċhairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo qal li l-Gvern għandu l-obbligu li jagħmel riflessjoni jekk dan il-progett hemmx bżonnu. Huwa qal li l-proġett tas-Central Link qed jeqred art agrikola. Il-Perit Cacopardo qal li l-pajjiż mhux iżjed toroq għandu bżonn iżda sistema ta’ mobilità sostenibbli.

Rappreżentant tal-Partit Demokratiku, Dr Anthony Buttigieg, qal li t-tkabbir ekonomiku m’għandux ikun il-kejl tal-progress, iżda l-kwalità tal-ħajja għandu tieħu prijorità. Qal li l-proġett tas-Central Linku jinjora l-aspirazzjoni tar-residenti li ser jiġu affettwati mill-proġett li qal ser jinkoraġixxi aktar l-użu tal-karozzi privati.