Politika
L-ADPD b’azzjoni legali biex tkun indirizzata d-diskriminazzjoni fis-sistema elettorali

Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ ADPD iddeċieda li jipproċedi b’azzjoni legali biex jiġi dikjarat li l-mekkaniżmi korrettivi dwar il-proporzjonalità tal-ġeneru fil-liġi elettorali huma diskriminatorji minħabba li qal li dawn japplikaw favur il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista biss.

L-ADPD qalu li hu inaċċettabbli li l-liġi mhux ugwali għal kulħadd. Iċ-Chairperson ta’ ADPD, Carmel Cacopardo, qal li dan il-mekkaniżmu mhuwiex aċċettabbli u għalhekk ADPD se jibda proċeduri legali biex tkun indirizzata d-diskriminazzjoni li l-parlament iddeċieda li jdaħħal fis-sistema elettorali.