Propjetà
L-ADPD qal li l-r-riforma għal-liġijiet tal-kirjiet qabel l-1995 hi waħda responsabbli u kuraġġuża

L-ADPD qal li r-riforma proposta mill-Gvern għal-liġijiet li jirregolaw il-kirjiet ta’ qabel l-1995 hi waħda responsabbli u kuraġġuża għax biha l-Gvern qed jerfa’ direttament ir-responsabbiltà tan-nuqqasijiet tal-Gvernijiet differenti tul is-snin mit-tieni gwerra lil hawn.

Ic-chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal fi stqarrija li l-ideat bażiċi fil-proposti tal-Gvern huma tajba fil-prinċipju u issa huwa mistenni li jiġu ppubblikati d-dettalji tagħhom fil-forma ta’ liġi, li l-Perit Cacopardo qal li għandhom ikun akkumpanjati mill-istudji li saru biex jissostanzjaw il-proposti li se jiġu ppreżentati.