Lokali
L-ADPD jappella biex il-kannabis tiġi regolata u intaxxata

L-ADPD qed tappella biex il-kannabis tiġi regolata u intaxxata bl-istess mod tal-bejgħ tat-tabakk u l-alkoħol bħala parti mit-tibdil legali dwar l-użu tal-kannabis rikreazzjonali.

Fi stqarrija, ic-chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal li l-abbozz ta’ liġi għad-dikriminalizzazjoni tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali hu pass fid-direzzjoni t-tajba hekk kif qal li l-politika dwar id-droga f’Malta teħtieġ wiċċ uman. Qal li jeħtieġ li l-użu tad-droga ma jibqax jiġi meqjus bħala att kriminali.

Il-Perit Cacopardo esprima t-tama li il-Gvern jikklassika id-droga bejn dawk li huma qawwija u dawk inqas qawwija.