Politika
L-ADPD tgħid li l-inkjesta pubblika turi li l-istituzzjonijiet fallew

Iċ-Chairman tal-ADPD Carmel Cacopardo qal li l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħarget b’mod ċar li l-istuzzjonijiet tal-pajjiż fallew.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti, il-Perit Cacopardo semma fost l-oħrajn il-Parlament li qal ma żammx lill-Gvern taħt skrutinju.

Huwa qal li l-qtil tal-ġurnalista sar għax l-istituzzjonijiet ma għamlux xogħolhom fi żmien meta d-dinja tan-negozju żżewġet mal-politika.

Il-Perit Cacopardo sostna li l-Pulizija ma għamlet xejn quddiem diversi akkużi li saru u rrefera għal meta kien hemm eks kummissarju li qal kellu familjarità kbira ma’ persuna fin-negozju.

Iċ-Chairperson ta’ ADPD talab li ssir apoloġija lill-poplu Malti u fakkar li l-unika triq biex il-Parlament jiffunzjona sew hija li ADPD jkun it-tielet partit.