Kronaka
L-AFM issalva 2 persuni fi bżonn ta’ assistenza medika minn fuq bastimenti tas-sajd

Fi żmien 12-il siegħa, il-Malta Rescue Coordination Centre rċeviet żewġ talbiet tal-għajnuna minn żewġ bastimenti tas-sajd.

Persuna minnhom kienet qed issofri minn xi ġrieħi filwaqt li l-oħra kienet qed issofri minn xi kundizzjonijiet mediċi.

Għall-operazzjoni ta’ salvataġġ, l-AW139 tal-AFM intuża għall-evakwazzjonijiet mediċi.

Mill-Air Wing Base, fejn niżel il-ħelikopter, iż-żewġ persuni ttieħu Mater Dei għall-kura.