Kronaka
L-AFM twieġeb dwar l-allegazzjonijiet ta’ tehid ta’ kokaina f’Lyster Barracks

Fi stqarrija uffiċjali, il-Forzi Armati ta’ Malta qalet li minn invetsigazzjonijiet interni li saru, irriżulta li ma ttieħdet l-ebda kokaina fl-Lyster Barracks, kif irrappurtat fil-media.

Dan ġie konkluż wara r-riżultati negattivi li rriżultaw mit-testijiet tal-awrina li għamlu s-suldati kollha biex jiġi elevat ħadux xi drogi jew le.

Kif diġà kkonfermat qabel, l-AFM qalet li l-unika membru li rrifjuta li jitteħidlu test ġie mkeċċi immedjatament hekk kif jistipulaw ir-regolamenti tal-AFM.

Mill-investigazzjonijiet li saru, ħareġ li kien hemm xi aġir li ma kienx f’loku u għalhekk se tittieħed azzjoni dixxiplinarja kif meħtieġ.