L-Afrikani f’Malta jsegwu b’akkaniżmu t-Tazza tad-Dinja

It-Tazza tad-Dinja qed tiġi segwita minn kull rokna tad-dinja u tgħaqqad lin-nies flimkien.  Xempju ta’ dan hi l-atmosfera fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa fejn l-immigranti qed isegwu l-logħob fil-Brażil kif stajna nosservaw fi żjara li għamilna llum wara nofsinhar.

Il-logħba bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Kolumbja kienet segwita minn għadd ta’ immigranti fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa . . . immigranti ġejjin minn pajjiżi differenti li wara l-ġurnata tax-xogħol tagħhom nstasbu quddiem big screen armat apposta mill-amministrazzjoni taċ-ċentru. L-entużjazmu għal din il-logħba kien akbar minn logħbiet oħra, mhux biss għax kien qed jilgħab tim Afrikan iżda għaliex uħud mill-imigranti ġejjin minn dan l-istess pajjiż.

Għalkemm kollha għandhom tim Afrikan li hu l-aktar għal qalbhom, uħud minnhom qed iżommu ma’ timijijiet minn kontinenti oħra.

Ħafna qalu li t-timijiet Afrikani m’għandhomx ċans jirbħu din il-kompetizzjoni.

L-Afrikani qalu ukoll li wara ġurnata xogħol ikunu qed jistennew bil-ħerqa il-ħin tas-6 p.m. biex ikunu jistgħu isegwu l-logħbiet u ma jkunux wieħed jew tnejn li jibqgħu sas-siegħat bikrin ta’ filgħodu biex isegwu u jgħixu dak kollu li toffri din il-kompetizzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar