L-AĠ kellu dritt ma jixhidx quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi dwar il-każ Dalli

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li l-Avukat Ġenerali kellu dritt ma jixhidx quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi għal mistoqsijiet li sarulu dwar l-investigazzjoni tal-Pulizija fuq l-eks-Minsitru John Dalli dwar ir-rapport tal-aġenzija Olaf tal-Unjoni Ewropea.

L-Ispeaker qal dan f’ruling li ta fil-Kamra tad-Deputati wara li ntalab jagħmel hekk mill-Oppożizzjoni. Huwa qal li l-Avukat Ġenerali huwa marbut bis-sigriet professjonali lejn il-Gvern bħala l-klijent kollettiv tiegħu. Huwa kkowta mill-Kostituzzjoni, diversi liġijiet u kawżi fil-qorti biex jissostanzja dan.

L-Ispeaker Farrugia qal li huwa l-Kumtiat dwar il-Privileġġi li kellu jiddeċiedi jekk l-ittra  mibgħuta mill-Avukat Ġenerali bħala komunikazzjoni interna lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-istess każ kellhiex tiġi ppreżentata bħala doikument lill-istess Kumitat.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar