AĠĠORNAT: L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija jiċħad li ta ordni biex jiċċaqlaq il-low loader

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, Ray Zammit, qal fi stqarrija li hu ma ta ebda ordni biex qabel issir l-inkjesta maġisterjali jiċċaqlaq il-low loader li fuqu tgħabbiet il-karozza tal-Iskoċċiż.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-ordni li ta l-Aġent Kummissarju kienet lis-supretendent responsibbli mid-distrett biex tmur fuq il-post tal-inċident biex tordna inkjesta Maġisterjali.

Fl-istqarrija ntqal li l-Aġent Kummissarju talab biex bħalma jsir f’każi oħra jintbagħat fuq il-post il-low loader biex wara li titlesta l-inkjesta l-vetturi jitniżżlu fil-bitħa tad-Dipartiment tal-Investigazjonijiet Kriminali, bħalma ntqal li jsir f’kull każ ieħor meta tiġi ordnata inkjesta bil-Maġistrat.

Il-Pulizija qalet li għalkemm il-vettuera tgħabbiet fuq il-low loader tal-korp xorta tħalliet fuq il-post u l-inkejsta kompliet xorta.

AĠĠORNAT: B’reazzjoni għal dan, l-Partit Nazzjonalista qal li l-istqarrija tal-Aġent Kummissarju tikkonferma li kien hemm tbagħbis tal-provi għax il-karozza ċċaqilqet minn postha. Irrimarka wkoll li l-Aġent Kummissarju ma weġibx dwar il-fatt li x-xufier tal-Ministru Mallia għadu ma tressaqx il-Qorti.