Lokali
L-aġenzija ta’ kreditu Fitch tgħolli r-rating ta’ Malta għal A+

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch tejbet ir-rating ta’ Malta minn A għal A+ bi tbassir ekonomiku stabbli. Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna ddeskriva r-rapport bħala konferma oħra tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna.

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch reġgħet poġġiet lil Malta f’rating ta’ A+ wara li erba’ snin ilu kienet naqsitu għal A minħabba li l-iżbilanċ tal-Gvern kien qabeż it-tlieta fil-mija u d-dejn kien f’xejra ‘l fuq.

F’rapport li ppubblikat fl-aħħar sigħat, Fitch qalet li reġgħet irrevediet ir-rating ta’ Malta minħabba bosta raġunijiet fosthom prospett ekonomiku stabbli u s-surplus fil-finanzi tal-Gvern li nkiseb is-sena li għaddiet. L-aġenzija qed tbassar li s-surplus se jibqa’ fil-livell ta’ 0.5% tal-prodott domestiku gross bejn sal-2019. L-ekonomisti ta’ Fitch qalu li s-surplus jirrifletti t-titjib fil-ġbir u d-dħul mit-taxxi, it-tnaqqis f’infiq mhux neċessarju f’benefiċċji u t-titjib fis-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u t-tkabbir ekonomiku.

​Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa’ b’sodisfazzjon dan ir-rapport li ddeskriva bħala ċertifikat ieħor pożittiv li aġenziji internazzjonali qed tagħti lil Malta. F’kummenti lil Television Malta, il-Ministru Scicluna ddeskriva r-rapport bħala konferma oħra tas-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna.

L-analisti ta’ Fitch qalu li d-dinamika tad-dejn tal-gvern qed titjib u tirrifletti t-tnaqqis mgħaġġel fid-dejn li sal-2019 mistenni jinżel taħt il-50% tal-prodott domestiku gross. L-analisti żiedu jgħidu li jistennew li l-ekonomija tkompli tikber b’pass aktar mgħaġġel minn ekonomiji simili u dan grazzi għall-prestazzjoni pożittiva fl-esportazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fl-investiment. Dwar l-investiment Fitch iżżid li mistenni jkompli jiżdied fl-2019 permezz tal-Fondi Ewropej u l-proġetti fit-trasport, fis-saħħa u fl-edukazzjoni.

It-tbassir għall-kummerċ estern għas-snin li ġejjin ukoll hu sodisfaċenti, u Fitch qed tistenna li s-surplus fil-kont kurrenti ikun ‘il fuq minn 7.7% fit-tliet snin li ġejjin.

Ir-rapport jirreferi għar-rapport tal-Bank Dinji, ‘Ease of Doing Business’, u li matul din is-sena Malta telgħet seba’ postijiet fil-kompettitività. Dwar is-settur bankarju, l-aġenzija Fitch qalet li dan għadu b’saħħtu b’titjib fil-qligħ u fil-kapital tal-bank u l-prudenza tagħhom fis-self.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa favur investigazzjoni iktar wiesgħa minn awtoritajiet Ewropej bħal Europol, ħalli jekk hemm persuni involuti fid-delitt tagħha ma…

Lokali

Mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq mietet wara li ttajret minn karozza fix-xatt tal-Gżira.  L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 tal-lejla quddiem id-daħla ta’ Manoel Island.  Hija ttajret minn xufier ta’ 40 sena…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal illi l-konferenza mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija qajmet aktar dubji u inċertezzi u ma tagħtix serħan il-moħħ li qed isir l-aqwa possibbli biex issir ġustizzja. Dr Delia…

Lokali

Konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu, qed tħares lejn kif tista’ tintroduċi t-turiżmu reliġjuż lejn Malta. Dan it-tip ta’ turiżmu jkompli jsaħħaħ l-istrateġija tal-awtorità biex it-turiżmu lejn Malta…

Aktar