Lokali
L-Aġenzija Żgħażagħ rikonoxxuta mill-Commonwealth

L-Aġenzija Żgħażagħ ġiet rikonoxxuta mill-Commonwealth għax-xogħol li twettaq maż-żgħażagħ tant li anke ntalbet li ttella’ konferenza li trattat il-professjonalità tal-youth workers.

Il-professjoni tal-Youth Workers u x-xogħol li jagħmlu maż-żgħażagħ biex jgħinuhom fl-iżvilupp tal-ħiliet u l-karattru ħalli anke jagħtuhom direzzjoni fil-ħajja kienet it-tema ta’ konferenza tal-Commonwealth li ttellgħet f’Malta mill-Aġenzija Żgħażagħ bit-tema Cross Currents.

Malta ntgħażlet biex torganniza l-konferenza wara li stħarriġ mill-Commonwealth wera li l-Aġenzija Żgħażagħ bl-għajnuna tal-Gvern qed toffri numru sostanzjali ta’ servizzi tant li tinsab fl-ewwel post fost il-pajjiżi ż-żgħar fi ħdan il-Commonwealth. Youth Workers li jippreżentaw 32 pajjiżi minn Commonwealth u oħrajn mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jinsabu Malta biex jaraw ix-xogħol li qed isir maż-żgħażagħ mill-Aġenzija Żgħażagħ .

Miriam Teuma, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ qalet “l-importanza li hemm xi ħadd professjonali qiegħda tikber kemm fl-Ewropa u kemm fil-Commonwealth u l-idea hi li f’din il-konferenza noħorġu b’timeline kif dan ir-rikonoxximent lejn il-ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ ikun aktar b’saħħtu.

Il-Kap għall-iżvilupp tal-politika soċjali tal-Commonwealth għaż-Żgħażagħ Layne Robinson qal li Malta hija mudell għax-xogħol li qed tagħmel maż-żgħażagħ.

Layne Robinson qal “Malta is an example to the rest of the commonwealth on youth work practice and what it means for young people. the commonwealth is pleased to be associated with the government of Malta for hosting a meaning because it represents one of the smallest countries , about 32 small states , small states irrispective of their size and their resources can actually do very good for their young people in terms of youth work.”

Id-dirigenti tal-Commonwealth irrikonoxxew id-dedikazzjoni tal-Aġenzija Żgħażagħ li żviluppat programmi li bihom qed tgħin ukoll pajjiżi oħra jkollhom l-istess sistemi li taw riżultati tajbin.