Barranin
L-aggressur li spara fi skola jgħid li ħalla studenti ħajjin biex jirrakkontaw l-istorja

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk li kellu grazzja magħhom, u li ried ukoll li min baqa’ ħaj jirrakkonta l-istorja tiegħu. Il-ġuvni ta’ sbatax -il sena, Dimitrios Pogourtzis ġie akkużat bil-qtil ta’ għaxar persuni nhar il-Ġimgħa fil-belt ta’ Santa Fe f’Texas. Skont affidavit li ddaħħal fil-Qorti, il-ġuvni għandu d-dritt li jibqa’ sieket, iżda dan ammetta li qatel ammont ta’ persuni.

L-awtoritajiet qalu li qabel ma ġie arrestat, il-ġuvni dam jispara fil-konfront tal-pulizija għal madwar ħmistax -il minuta sakemm ċeda.

F’dan il-massakru nqatlu tmien studenti, u żewġ għalliema, filwaqt li tlettax sfaw midruba, b’persuna minnhom tinsab f’qagħda kritika.

Waħda mill-istudenti rrakkuntat kif il-ġuvni daħal fil-klassi tagħha u beda jipponta l-arma tan-nar filwaqt li beda jgħid li se joqtol lin-nies. Dan il-qtil huwa r-raba’ wieħed fi skola Amerikana f’dawn l-aħħar snin. L-aħħar massakru fi skola seħħ fi Frar li għadda, fi Florida fejn kienu nqatlu sbatax -il ruħ.

Aħbarijiet Oħra
Trump

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti se tkun qed tirtira mit-trattat dwar l-armi nukleari mar-Russja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex ir-Russja…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar