COVID-19
L-agħar għadu ma ġiex – il-Prof. Charmaine Gauci

Il-fatt li llum għandna 5 u lbieraħ kellna 10 kazijiet ġodda ta’ coronavirus ma jfissirx li l-mard qed jonqos.

Dan qalitu l-Prof. Gauci waqt konferenza stampa dwar il-Covid-19.

Hija qalet li l-agħar għadu ma ġiex. Ir-riskju, qalet il-Prof. Gauci għadu hemm għaliex ma nistgħux nerħu r-riedni issa għax il-kazijiet għad iridu jitfaċċaw.

Hija appellat biex noqgħodu attenti u ma nħallux dawn in-numri jqarrqu bina.

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 19. März 2020

Ara wkoll:

5 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta – jitilgħu għal 53 il-pazjenti infettati

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar