Lokali
“L-aġir irresponsabbli u egoist ta’ xi nies qed jipperikola s-sagrifiċċji u l-isforzi ta’ bosta” – ACE

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Ikel, l-ACE, qalet li l-aġir irresponsabbli u egoist ta’ xi nies qed jipperikola s-sagrifiċċji u l-isforzi ta’ bosta.

Appellat lill-awtoritajiet biex jimpenjaw ruħhom f’infurzar aktar pro-attiv biex jiżguraw li attivitajiet tal-massa, bħalma kien hemm fi tmiem il-ġimgħa, ma jpoġġux lin-nies f’riskju.