L-aħbarijiet ta’ TVM jibqgħu jżidu fl-udjenza – tvm.com.mt it-3 l-aktar segwita f’Malta

L-aħbarijiet ta’ TVM jibqgħu jżidu l-udjenza tagħhom bi stħarriġ tal-Media Warehouse juri li l-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali għandhom udjenza ta’ 140,000. Mill-istħarriġ joħroġ ukoll li TVM kompla saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala l-iktar stazzjon popolari b’udjenza ta’ kważi 60 fil-mija u wkoll fl-aħħar tliet snin TVM kien l-uniku stazzjon li żied fl-udjenzi.

survey 2_frame_407

L-aħbarijiet ta’ TVM jilħqu medja ta’ 140,000 persuna. Mill-istħarrig tal-media warehouse, li għalih ġew intervistati 500 persuna fil-ġimgħat bejn it-28 ta’ Ottubru u d-9 ta’ Novembru, irriżulta li l-aħbarijiet ta’ TVM baqgħu jżidu fl-udjenza. Joħroġ ukoll li TVM kompla saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala l-iktar stazzjon popolari b’udjenza ta’ kważi 60 fil-mija. F’dan l-istħarriġ ġiet ikkonfermata xejra li ħarġet fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li wera fl-aħħar tliet snin TVM kien l-uniku stazzjon li żied fl-udjenza.

Mistoqsija liema huma l-iktar programmi favoriti, sitta minn disgha jixxandru fuq TVM. Id-drama li tixxandar fuq TVM ukoll saħħet il-pożizzjoni tagħha. Strada Stretta jarawh medja ta’ 112,000 persuna, Iċ-Ċaqqufa 102,000, Katrina 80,000 u Ħbieb u Għedewwa, li jixxandar waranofsinhar, għandu udjenza ta’ 35,000.

surveyFil-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, Dissett u Reporter huma l-iżjed segwiti, b’udjenza medja ta’ 47,000 il-wieħed, segwiti minn Times Talk u Realtà b’46,000 persuna kull wieħed. Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li l-programm Xarabank għandu udjenza ta’ 83,000.

Mill-500 parteċipant fl-istħarriġ, 72.6 fil-mija qalu li jaraw it-televiżjoni kuljum, 54.2 fil-mija qalu li jaċċessaw l-internet kuljum u 52.8 fil-mija jisimgħu r-radju kuljum. B’22.7 fil-mija, Radju Malta jinsab fit-tieni post fl-għażla tal-istazzjonijiet li s-semmiegħa jisimgħu regolarment.

Mis-siti elettroniċi rriżulta wkoll li tvm.com.mt hu l-iktar news portal segwit bil-Malti u t-tielet l-aktar imfittex f’Malta wara timesofmalta.com u maltatoday.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar