L-aħħar aħbarijiet minn madwar id-dinja…

Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Portugall qatgħetha li timblokka miżura ta’ ssikkar taċ-ċinturin ewlenija u kontroversjali fil-budget tas-sena d-dieħla li taqta’ l-pensjonijiet b’10 fil-mija. Is-sentenza ngħatat tlett ijiem biss wara li t-troika ta’ dawk li sellfu biljuni ta’ ewro box iwieżnu l-ekonomija tal-Portugall – il-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew – approvat il-pjan Portugiż għas-sena d-dieħla.

 

Il-parlament tal-Ukrajna għadda liġi li teħles lil dawk id-dimostranti kollha li ġew arrestati meta ħadu sehem fil-protesti kbar għax ma qablux mad-deċizjoni tal-President Viktkor Yanukovych li jiffirma trattat ekonomiku mar-Russja minflok mal-Unjoni Ewropea. Total ta’ 339 parlamentari mill-367 li attendew is-seduta ivvuaw favur l-abbożż propost mill-oppożizzjoni. L-amnestija tfisser ukoll li ma jista’ jinfetaħ ebda każ ieħor kontra dawk li ġew arrestati iżda għadhom ma tressqux il-qorti.

russja

Il-President Vladimir Putin qal li se jagħti maħfra lil ex-oligarku taż-żejt Mikhail Khodorkovsky (ritratt), li ilu l-ħabs 10 snin fuq allegazzjonijiet ta’ tbagħbis u evażjoni tat-taxxa. Dak iż-żmien huwa l-aktar bniedem sinjur fir-Russja b’ġid stmat ta’ €5.85 biljuni.

Apollo theatre incident

Is-servizz tal-Ambulanzi ta’ Londra jgħid li indarbu mill-inqas 80 persuna – sebgħa minnhom serjament – meta ċeda parti mis-saqaf tat-Teatru Apollo waqt li kien għaddej dram fuq il-palk. Dawk kollha li nqabdu taħt id-debris inħelsu min-nies tal-protezzjoni ċivili.

lampedusa

Il-President Giorgio Napolitano tal-Italja jgħid li l-mod kif ġew trattati immigrant illegali detentuti f’Lampedusa (ritratt) ma kienx aċċettabbli. Huwa kien qed jitkellem fil-laqgħa annwali li l-president ikollu mal-ambaxxauri ewlenin tal-pajjiż. Aktar kmieni fil-jum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Angelino Alfano qal li l-gvern iddeċieda li jtemm il-kuntratt tal-koperattiva li kienet qed tmexxi ċ-ċentru tad-detenzjoni.

Il-Vatikan ta żewġ kuntratti lil żewġ kumpaniji ta’ konsulenza ewlenin biex itejjeb il-mod kif ikunu konrollati l-finanzi u kif jimmodernizza s-sistema ta’ komunikazzjoni. Il-kuntratt tal-awditjar mingħata lill-KPMG tal-Olanda waqt li dak tar-relazzjonijiet pubbiċi ħaditu McKinsey & Co. bażata fi New York.

Il-qorti suprema ta’ New Mexico qalet li jmur kontra l-kostituzzjoni min ma jżewwiġx koppji gay u awtomatikament illegalizzat dil-kwalità ta’ unjoni fl-istat. Sa minn Awwissu għadd ta’ stati Amerikani bdew iżewwġu lill-gays u New Mexico issa sar is-17-il stat li jagħmel dan.

Il-journal mediku Science qal li l-aqwa akkwist mediku li sar matul is-sena kien mod kif jiġi miġġieled il-kanċer, li jdawwar ċelluli tal-ġisem f’qawwa li joqtlu t-tumur. L-hekk imsejħa “immunotherapy” sa issa ħadmet biss fuq ċerti forom ta’ kanċer bħall-melanoma u l-leukemia, iżda l-epserti jsostnu li dak li toffri għall-ġejjieni jiftaħ orizzont ġodda.

fawcett

Ġurija f’qorti f’Los Angeles ivvutat 9 bi tlieta li pittura ta’ Andy Warhol tal-attriċi Farrah Fawcett tappartjieni lill-attur Ryan O’Neal, il-partner tagħha għal ħafna snin. L-Univeristà ta’ Texas fetħitlu kawża għax Fawcett ħalliet kollox lill-università fit-testment tagħha u allura riedet din il-pittura lura. Fawcett lil O’Neal ma ħallietlu xejn.