Toroq
L-aħħar fażijiet tax-xogħlijiet fuq ir-rotta bejn il-Marsa u Santa Venera

Se jkun tlesta qabel ippjanat u fil-ħin għall-bidu ta’ sena skolastika ġdida t-twessigħ tar-rotta bejn il-Marsa u Santa Venera. Dan sar b’interventi fuq il-bypass bejn il-Marsa u l-Ħamrun, Triq Diċembru 13 u Triq Aldo Moro.

Il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali, Ian Borg qal li dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €14-il miljun. Dwar il-proġett tal-junction tal-Marsa, Dr Borg ħabbar li mix-xahar id-dieħel se tibda t-tielet fażi tal-proġett li tinvolvi l-bini ta’ seba’ strutturi u fly-overs.

Bil-karozzi fit-toroq mistennija jiżdiedu mit-Tnejn, tlesta l-proġett ta’ twessigħ tal-bypass bejn il-Marsa u l-Ħamrun, bil-karreġġjati fuq kull naħa issa telgħu minn tnejn għal tlieta. Dan il-proġett involva wkoll twessigħ tal-karreġġjati fi Triq Diċembru 13 u qed titwessa’ Triq Aldo Moro.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Frederick Azzopardi qal ”fil-ġimgħat ta’ wara, se nkunu qed nispiċċaw il-proġett ta’ Triq Aldo Moro fejn se nispiċċaw b’6 korsiji fuq naħa u 4 korsiji fuq naħa l-oħra. Nista’ ngħid li kien proġett enormi ta’ €14-il miljun li wettaqnieh fi ftit xhur u se jkun qed itejjeb id-dħul u l-ħruġ minn dawn l-akkwati.”

L-Inġinier Azzopardi qal li dan il-proġett involva aktar minn 15-il kilometru ta’ karreġġjati ġodda jew mibnija mill-ġdid li għandhom inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar. Intqal li tul aktar minn erba’ kilometri tpoġġew barrikati ta’ lqugħ biex tiżdied is-sigurtà għas-sewwieqa u karreġġjata ta’ 400 metru fi Triq Aldo Moro għal min jivvjaġġa bir-rota.

Il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg qal li dan il-proġett, li kien skedat li jitlesta s-sena d-dieħla, tlesta fi żmien rekord ta’ 8 xhur.

Il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg qal ”issa anki li jibdew l-iskejjel tibda anki sfida akbar fit-toroq se naraw li ma jkunx hawn ostakli fuq il-korsiji tal-pajjiż li huma distributorji u arterjali u naħdmu aktar fuq toroq residenzjali u rurali. Ix-xogħol ma jiqafx għax għandna commitment ta’ €100 miljun fis-sena għas-seba’ snin li ġejjin.”

Dwar il-proġett tal-Junction tal-Marsa, Dr Borg qal li x-xogħlijiet fuq it-tielet fażi se jirrankaw mix-xahar id-dieħel.

It-tielet fażi bażikament qed nitkellmu fuq seba’ strutturi u fly-overs fejn hemmhekk tiġi eliminata darba għal dejjem is-sistema ta’ traffic lights li għandek quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Ġej minn fejn ġej u sejjer minn fejn sejjer inti ma tieqaf prattikament qatt.

Dr Borg qal li Infrastructure Malta qed taħdem fuq interventi f’ħoloq oħra kruċjali fosthom fi Vjal l-Avjazzjoni li jgħaqqad l-Ajruport ma’ Ħal Luqa, it-triq magħrufa taċ-Ċawsli li tgħaqqad iż-Żejtun ma’ Ħaż-Żabbar, u t-Triq tal-Balal bejn in-Naxxar u San Ġwann.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Żewġ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol fuq art ODZ f’Ħal Far u f’Ħaż-Żabbar ġew irtirati ftit qabel ma l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien se jiddeċiedi fuqhom. Id-direttorat tal-ippjanar kien diġà rrakkomanda li…

Annimali

Tard dalgħodu nqabad il-ħames qattus mid-dar ta’ Janet Harvey, l-anzjana Ingliża li nstabet mejta fis-sodda tal-appartament tagħha fil-Qawra. Fl-istess appartament mal-mara kien instab ukoll kelb mejjet taħt is-sodda, kif ukoll…

Annimali

Proġett li qed isir mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għandu l-għan li jżid it-tkattir tal-barbaġann fis-selvaġġ. Il-barbaġann huwa tajra tal-priża li sar popolari bħala annimal domestiku, li iżda n-numru tiegħu naqas…

Saħħa

Fuq il-programm TVAM, ġiet diskussa t-tema tal-morning after pill u kif tinbigħ fl-ispiżeriji. Dr Claire Shoemake u Dr John Vella, it-tnejn membri tal-Malta Chamber of Pharmacists, qalu li spiżerija tista’…

Aktar