Immigrazzjoni
L-aħħar grupp ta’ immigranti li ddaħħlu abbord l-MV Aquarius iħalli Malta għall-Ġermanja

L-aħħar grupp ta’ immigranti li ddaħħlu Malta fuq l-MV Aquarius ħalla Malta lbieraħ għall-Ġermanja fuq żewġ titjiriet differenti.

B’hekk ġie fi tmiemu l-proċess ta’ rilokazzjoni ta’ dawn l-immigranti, riżultat ta’ ftehim bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u pajjiżi oħra Ewropej.

Fil-15 ta’ Awwissu kienu ddaħħlu mal-141 immigrant u fil-25 ta’ Settembru kienu ddaħħlu 58 persuna.

L-immigranti kollha ġew rilokati f’pajjiżi Ewropej. Malta rringrazzjat lill-Belġju, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Irlanda, lill-Lussemburgu, lill-Olanda, lin-Norveġja, Spanja u lill-Portugall li kollobaraw fit-tqassim tal-immigranti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi…

Ikel

X’jagħmel lill-ftira daqstant speċjali u x’qed isir biex tiddaħħal fil-lista tal-UNESCO bħala wirt kulturali Intanġibbli? Ftira friska u tqarmeċ imħawra jagħmlu l-ftira biż-żejt mill-aktar appetituża u mfittxija għal ikla ta’…

Kronaka

Mara ta’ 56 sena mill-Kalkara sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqtet minn karozza. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq in-Nevew, f’Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija tad-Distrett marru…

Aktar