Budget2021
L-aħħar preparamenti għall-Budget 2021

Għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-Budget 2021 li ser jiġi ppreżentat għada fil-Parlament. Fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pajjiż se jkompli jissaħħaħ u joffri futur isbaħ.

Dan il-baġit huwa meqjus bħala wieħed storiku għaliex se jkun ippreżentat fiċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija, tant li hu t-tieni wieħed din is-sena wara l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika f’Ġunju fl-eqqel tal-Covid. Il-Gvern qed jindika li l-baġit se jikkonsisti f’ miżuri biex pajjiżna jerġa’ jirritorna għat-tkabbir ekonomiku minkejja l-isfidi tal-pandemija.

Ara wkoll:

Għada TVM b’xandira diretta tal-Budget