Parlament
L-aħħar statistika dwar l-annimali turi li f’Malta hawn sebat iklieb għal kull qattus

Huwa kkalkulat li għal kull qattus fil-pajjiż hawn sebat iklieb.

Id-deputat tal-Oppożizzjoni David Thake staqsa lill-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo kemm hija l-popolazzjoni tal-klieb, qtates u żwiemel u jekk qattx sar ċensiment tal-annimali.

Il-Ministru Refalo wieġeb li ma jidhirx li qatt sar ċensiment simili.

Fl-istess waqt spjega kif skont id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali għall-klieb u l-qtates sa nofs Awwissu li għadda kien hawn 85,079 kelb 11,673 qattus.

Dan waqt li skont id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja għaż-żwiemel sa l-istess perjodu kien hawn 5,506 żiemel.