Barranin
L-aħħar stessu bejn l-aħwa qabel it-traġedja f’Bergamo

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma.

Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu, ma kienux fil-periklu hekk kif niżlu fl-ilma sa fejn jilħqilhom. Iżda t-traġedja seħħet meta wieħed mill-aħwa żelaq f’punt fejn ma kienx jilħaqlu u l-ieħor mar biex jgħinu.

L-aħwa ta’ 16 u 17-il sena, mill-Pakistan, ittellgħu mitlufin minn sensihom mill-ilma f’idejn xulxin.

Awais Muhammad irnexxielu jsalva wara li ttella’ mill-ilma minn persuna li rat li kien qiegħed fil-periklu.

Hassan u Waqas mietu fl-isptar fejn ittieħdu għall-kura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti, mara kellha tagħmel operazzjoni wara li belgħet iċ-ċurkett tal-għerusija waqt li kienet rieqda. Jenna Evans ta’ 29 sena qalet li hi u l-għarus tagħha Bobby kienu fuq ferrovija u…

Barranin

Il-futboler Cristiano Ronaldo nfaqa’ jibki waqt intervista li saritlu minn Piers Morgan. Dan wara li qal li missieru, li kien jixrob qatt ma kellu l-opportunità jarah isir stilla. L-attakkant ta’…

Barranin

L-Istati Uniti ppubblika imaġini meħuda minn sateliti biex isaħħaħ l-argument tiegħu li l-Iran kien il-moħħ wara l-attakki li saru fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Min-naħa tiegħu, l-Iran qed jiċħad kull…

Brexit

F’taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Calude Juncker, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni li jagħmel enfasi li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 ta’ Ottubru. F’laqgħa li…

Aktar