Lokali
L-aħħar vjaġġ fuq din l-art b’karozzi lussużi

Il-vjaġġi tal-funerali nbiddlu maż-żmien. L-ewwel vjaġġi kienu bil-karrijiet biż-żwiemel, imbagħad għaddew għall-karozzi. Iżda llum, il-funerali qed isiru aktar sofistikati bl-iktar karrozzi lussużi li wieħed jista’ jimmaġina.

Il-karru tal-mejtin miġbud miż-żwiemel kien fl-aqwa tiegħu f’nofs is-seklu 19 u għall-biċċa l-kbira tas-seklu 20. Dawn iżda mietu mewta naturali fil-bidu tas-snin 70 u qajla għadhom jintużaw wara li posthom ħaduhom il-karozzi tal-mejtin.

Mas-snin, id-diretturi tal-funerali raw kif jaġġornaw ruħhom u ġabu l-aħjar karozzi biex jagħtu servizz lill-klijenti. Anke l-aħħar vjaġġ fuq din l-art mexa maż-żmenijiet kif jixhdu l-isforzi ta’ żewġ diretturi tal-funerali, li mal-flotta tal-karozzi tal-mejtin żiedu vetturi mill-aktar lussużi.

Karl Borg li għandu kumpanija ma’ missieru qal li inqas minn tliet ġimgħat ilu żiedu mal-flotta ta’ vetturi, Maserati. Din il-vettura twila kwazi 7 metri diġà ntużat fi 12-il funeral.

Borg qal “kif issemmi Maserati fl-Italja, Ingilterra u Spanja u hija t-top of the range taghħom. Jinsew kull tip ta karozza … Vera jkun l-aħħar vjaġġ imma ngħid jien li jekk jiġi xi ħadd nieqes mill-familjarji minn tiegħi ikun irrid kollox mill-aqwa. Dan l-aħħar festa tiegħu li se jagħmel.”

Minn Maserati għal Jaguar, daqstant lussuza u li fi kliem Mario Tonna hija mfittxija mil-qraba tal-mejtin.

Tonna qal “its state of the art. Ridna b’dan nagħtu messaġġ lill-familji biex il-qraba tagħhom intuhom servizzi iktar għoli u ta’ kwalità aħjar li nemmnu jixraqlu f’dak il-mument doloruż”

X’jagħmel il-Maserati u l-Jaguar speċjali anke għall-funerali?

Borg qal “għandek ħafna affarijiet elettroniċi, għandek it-tilar, joħroġ electric, għandek il-bieba u l-erba’ bibien jingħalqu bis-soft closing, id-dwal minn ġewwa. Għandek l-ogħla fis-suq li ma tistax issib aħjar minnu”.

Tonna qal “għandha kif joħrog it-tray fejn jitgħabba t-tebut. Id-dwal, il-bieba ta’ wara bi ħġieġ s’isfel biex idher iktar it-tebut biex bniedem ikun jista’ jarah u anke l-ħġieġ tal-ġenb huwa ikbar”.

B’riħ jew riefnu minn hawn irridu nsiefru, jgħid il-qawl Malti. Il-mewt kif jgħidu ma tħares lejn wiċċ ħadd -sinjuri u fqar, iżda issa anke fil-mumenti ta’ niket bħal m’huma l-funerali hawn bosta jiddandnu biex jagħtu l-aħħar tislima xierqa lil qrabathom mejta.

Aħbarijiet Oħra
Politika

F’reazzjoni fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa lill-Gvern jekk hux se jagħti spjega dwar il-kundanna li saret fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Vitals. Dr Delia qal li r-rapport hu ċertifiikat…

Politika

L-eks Ministru Konrad Mizzi appella lill-Gvern, lill-Ministeru tal-Ekonomija u lill-Malta Enterprise biex jippubblikaw il-memorandum of understanding li qed jirreferi għalih l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu. Huwa sostna li l-kabinett kien involut…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li din is-sena Malta se tkun l-inqas pajjiż fiż-żona ewro li se tkun affettwata mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija. Il-Kummissjoni ħarġet it-tbassir għas-sajf għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea,…

Politika

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara f”rapport kritiku għall-aħħar dwar il-kuntratt tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare għat-tmexxija tat-tliet sptarijiet jgħid, fost oħrajn, li sab evidenza li tindika azzjoni kollużiva bejn partijiet li aġixxew f’isem…

Aktar