Politika
L-AĦĦAR ŻVILUPP: Joħorġ estimu tal-ewwel għadd tal-voti

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti.

Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista qabżet il-kwota u kisbet l-akbar għadd tal-ewwel vot bi 51,000 vot. Hija l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew li ġiet eletta.

Dr Alfred Sant għall-Partit Laburista kiseb 21,300 vot.

Alex Saliba kiseb 15,000-il vot mentri Josienne Cutajar kisbet 12,900.

Għall-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola kisbet 31,000 vot mentri David Casa kiseb 16,500 vot.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar