Unjoni Ewropea
L-aħħar żviluppi mis-summit fi Brussell – ebda qbil fuq Brexit

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti mir-Renju Unit u parti oħra fl-Unjoni Ewropea.

Din il-qasma qed tirrendi fi kwistjoni delikata dwar il-fruntieri b’ħafna implikazzjonijiet fosthom dwar il-moviment tal-persuni u l-prodotti u aspetti relatati mas-sigurtà.

F’summit għall-mexxejja Ewropej fi Brussell, l-Unjoni Ewropea offriet lir-Renju Unit li jekk jintlaħaq ftehim biex Brexit iseħħ f’Marzu tas-sena d-dieħla, testendi b’aktar xhur dak magħruf bħala l-perjodu ta’ transizzjoni.

Il-perjodu ta’ transizzjoni li s’issa hu skedat li jibqa’ għaddej sal-aħħar tal-2020 hu maħsub biex matulu ż-żewġ naħat ikunu jistgħu jadattaw għax-xenarju l-ġdid ta’ Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit u biex jiġu finalizzati d-dettalji kollha tar-relazzjoni l-ġdida ta’ bejniethom.

Segwi fil-filmat il-kollegament dirett ma’ Brandon Pisani minn Brussell il-Ħamis filgħaxija:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar