Lokali
L-aħwa Degiorgio fost is-suspettati ewlenin bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

L-aħwa George Degiorgio ta’ 55 sena u Alfred Degiorgio ta’ 53 sena huma fost is-suspettati ewlenin li llum ġew arrestati b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Kemm George Degiorgo, magħruf bħala ċ-Ċiniż, u anki ħuh Alfred, magħruf bħala l-Fulu, huma magħrufa mal-Pulizija. Huma ġew arrestati dalgħodu waqt l-operazzjoni li saret fil-Marsa.

Iċ-Ċiniż kien instab ħati b’serqa ta’ LM884 minn vann tal-flus tal-Group 4 fis-sena 2000 f’Santa Venera, filwaqt li ħuh kien akkużat li fl-2003 nqabad fil-port tal-Imġarr b’għodda li tintuża għas-serq.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Operazzjoni fil-Marsa b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia

ARA: L-operazzjoni delikata fuq l-art u l-baħar mill-AFM u l-Pulizija fil-Marsa