Qorti
L-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest dwar il-każ ta’ ħasil ta’ flus

Iż-żewġt aħwa, George u Alfred Degiorgio akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ngħataw il-ħelsien mill-arrest dwar il-każ ta’ ħasil ta’ flus. Minkejja dan, huma xorta se jibqgħu miżmuma taħt arrest minħabba l-akkużi dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.

Dwar l-applikazzjoni għall-ħelsien mill-arrest imressqa mill-aħwa nhar id-29 ta’ Marzu, l-Imħallef Giovanni Grixti osserva li jista’ jagħtihom il-ħelsien mill-arrest għax ix-xhieda kollha kienu taw it-testimonjanza tagħhom fil-kumpilazzjoni. L-Imħallef kompla jgħid li t-tħassib tal-Avukat Ġenerali, li dawn l-irġiel mhumiex affidabbli, irid jiġi ssapportjat bl-evidenza.

Is-sieħba ta’ George Degiorgio, Anca Adelina Pop, kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest f’Lulju fis-seduta preċedenti. L-aħwa flimkien ma’ Anca Adelina Pop kienu ġew akkużati li għexu ħajja lussuża waqt li qalu li ma kinux jaħdmu.

L-investigazzjoni fl-assassinju ta’ Caruana Galizia kienet wasslet għal investigazzjoni separata dwar suspetti ta’ ħasil ta’ flus.

Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €35,000 u garanzija personali ta’ €35,000. Huma ġew ordnati jiffirmaw fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa. Intant ġiet imposta wkoll li ma jitħallewx joħorġu mid-dar bejn l-10pm u s-7am.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Carmel Mifsud ta’ 44 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti akkużat li ħebb, hedded u weġġa’ gravi lil Eman Stelian Micallef, li ġarr mus mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li…

Edukazzjoni

It-trabi jitwieldu disposti jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa u l-komunikazzjoni. Is-smigħ ikun ġa żviluppa fil-ġuf tal-omm u t-tarbija tkun ġa tisma’ l-lingwa qabel ma titwieled. Dan l-iżvilupp jikkumplimenta l-kisba tal-litteriżmu aktar ’il…

Qorti

Mara resqet quddiem il-Qorti b’talba biex tingħata l-premju tal-jackpot tal-Quaterno li rebħet fit-18 ta’ Mejju, wara li ramiet il-biljett fi żmien li ddaħħlet l-isptar minħabba kundizzjoni medika serja. Natalie Bonnici…

Aktar