Qorti
L-aħwa Degiorgio miċħuda mill-ġdid it-talba għall-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti reġgħet ċaħdet talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ tnejn mit-tlieta akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-aħwa George u Alfred Degiorgio flimkien ma’ Vincent Muscat ilhom arrestati mill-4 ta’ Diċembru 2017 bil-kumpilazzjoni tagħhom bħalissa tinsab fi stadju avvanzat. Huma qed jiġu akkużati li qatlu lis-Sinjura Caruana Galizia b’karozza bomba nhar is-16 t’Ottubru tal-2017.

Fid-deċiżjoni tagħha biex terġa’ tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa George u Alfred Degiorgio, il-Qorti preseduta mill-Imħallef Edwina Grima qalet li għalkemm persuna tkun presunta innocenti sakemm pruvata ħatja, id-deċiżjoni dwar ħelsien mill-arrest mhux dritt awtomatiku. Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef Grima qalet li l-aħwa Degiorgio għandhom jibqgħu arrestati kemm għax il-ħelsien tagħhom mill-arrest jista’ jippreġudika l-każ u joħloq tħassib għall-ordni pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar