Għawdex
L-aħwa sagristana maħbuba fil-Qala

Il-Qala kulħadd jaf bl-aħwa Corey u Frankie Said – li għomorhom u żmienhom jassistu fit-tħejjijiet għall-quddiesa ta’ filgħaxija. L-aħwa li għandhom bżonnijiet speċjali huma maħbuba ferm fost il-Qalin. Sentejn ilu, il-ħidma tagħhom ġiet rikonoxxuta bil-premju Ġieħ il-Qala.

Corey u Frankie Said – aħwa mill-Qala kuljum jagħtu daqqa t’id fit-tħejjija għall-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Corey jixgħel ix-xemgħat quddiem is-sagrament u jdoqq il-qanpiena qabel il-quddiesa u ħuh Frankie jiftaħ il-Knisja, jirranġa l-kotba tal-quddiesa, u jiġbor l-offerta waqt il-quddiesa.

Dun Injazju Borg qal li f’sitt snin, kemm ilu arċipriet ta’ din il-komunità, skopra teżor kbir f’dawn l-aħwa. Qal li fejn jidħol xogħol tal-Knisja – Corey u Frankie huma kolloni speċjalment filgħaxija . . . meta x-xogħol tas-Sagristan ikun f’idejhom.

“Jitrażmettu valuri sbieħ, valuri fedeltà, commitment lejn xogħolhom, puntwalità, sinċerità, ġenwinità. Huma valuri tassew sbieħ.”

Fr Charles Buttigieg ilu jaf lil Corey u Frankie ħamsa u tletin sena – mindu mal-familja tagħhom ġew jgħixu l-Qala minn New York. Qal li Corey u Frankie huma maħbubin u fuq kollox inklużi fil-komunità tal-Qala. L-aħwa huma wkoll fratelli.

“Meta għal xi raġuni li hija rari ta’ imma forsi jkunu morda bl-influwenza kulħadd jibda jistaqsi fejn huma Corey u Frankie. Minbarra dan il-komunità – kemm il-parroċċa flimkien mal-Kunsill Lokali sentejn ilu tahom ukoll Ġieħ il-Qala u kulħadd feraħ għax kulħadd qal li jixraqilhom verament daqskemm jaħdmu għall-knisja.”

Mindu tilfu l-ġenituri tagħhom, Corey u Frankie komplew jgħixu ma’ oħthom Carmen flimkien ma’ Josianne. Carmen irrakkontat kif ikollhom seba’ mitt sena sakemm jasal il-ħin għal Knisja.

“Għas-sagħtejn jibdew jaħsbu anke għas-siegħa u nofs imma għas-sagħtejn u nofs jitilqu mid-dar għall-quddiesa fis-sitta u fis-sajf fis-sebgħa. L-ewwel jiġu hawn ilestu l-affarijiet li għandhom imbagħad joħorġu barra joqogħdu fuq il-bank jistennew in-nies – il-ħin għaddej biex jidħlu l-Knisja.

Josianne rrimarkat kif Franke li llum għandu 41 sena u Corey li għandu 43 sena ma jgħixux mingħajr xulxin.

“Bħal pereżempju Frankie kull sena jsiefer – Corey ma jsefirx jibqa’ magħna imma tista’ tgħid li dik il-ġimgħa li jkun imsiefer Frankie literalment moħħu ma jkunx hawn. Corey ikun moħħu fi Frankie li forsi jiġrilu xi ħaġa meta ġej lura.”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar