Kultura
L-Aida dalwaqt fi Pjazza Teatru Rjal

L-ammiraturi tal-opra se jkollhom l-opportunità jaraw l-Aida fi Pjazza Teatru Rjal. Iltqajna mad-direttriċi Olandiża tal-kumpanija Opera Spanga waqt il-provi tekniċi fi Pjazza Teatru Irjal għall-produzzjoni li tifforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018.

Fil-mumenti glorjużi tiegħu qabel it-Tieni Gwerra Dinija, it-Teatru Rjal fil-Belt ospita wħud mill-aktar opri maestużi. U fis-seklu 21, Pjazza Teatru Rjal se terġa’ twassal lill-udjenzi Maltin il-produzzjoni operistika l-Aida tal-kompożitur Giuseppe Verdi. Din l-opra kienet għamlet id-debut tagħha fil-Kajr fl-1871 u hija waħda mill-opri li l-iżjed saru rappeżentazzjonijiet tagħha madwar id-dinja.

Il-produzzjoni hija tal-kumpanija Olandiża l-Opera Spanga, bil-kast magħmul minn kantanti professjonali u mużiċisti tal-orkestra filarmonika ta’ Malta.

Id-direttur artistiku tal-kumpanija Corina van Ejik qalet li din it-tiżwiqa kollaborattiva se twassal għall-interpretazzjoni kontemporanja tal-Aida fl-istess waqt tirrispetta l-awtentiċità mużikali tal-kompożitur Verdi. Iddeskriviet l-opra bħala produzzjoni klassika li tappella għal kull żmien.

Id-Direttur Artistiku, Corina van Ejik qalet ”the music is really beautiful… the Malta Philharmonic Music Orchestra plays it beautifully conducted by our conductor, Tjalling Wijnstra, the singers are really great and if you want to see what Aida is about… what it’s really about, you should come and see this show.”

It-tħejjija għall-opra, li saret ukoll f’Leeuwarden l-Olanda f’Lulju u Awwissu ta’ din is-sena ilha sejra mill-2015, u nvolviet is-sehem ta’ studenti Olandiżi u Maltin li ħadmu mal-professjonisti tal-Opera Spanga biex jassistu fid-disinn tas-sett, kostumi u aċċessorji. Anki d-disinjaturi ċelebri tal-moda, Charles and Ron ħolqu kostumi oriġinali li se jintużaw speċifikament għal din il-produzzjoni.

L-Aida li tagħmel parti mill-programm tal-attivitajiet tal-Valletta 2018 se ssir fit-tlettax u l-ħmistax ta’ Settembru 2018.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u…

Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Aktar