Barranin
L-Air France, l-Easyjet u l-Lufthansa bi pjani għas-sensji wara li ntlaqtu ħażin mill-pandemija

Air France għandha pjani li tissensja 7,500 ħaddiem minħabba li ntlaqtet ħażin mill-coronavirus.

Fi stqarrija l-Air France qalet li jidher li l-irkupru mid-daqqa li ħadet il-kumpanija se jkun bil-mod ħafna minħabba l-inċertezzi li ġabet magħħa l-pandemija fl-industrija tal-ivvjaġġar. Is-sensji se jseħħu matul it-tliet snin li ġejjin. Matul din l-imxija, l-Air France qed tagħmel telf ta’ 15-il miljun ewro kuljum, bil-linja tal-ajru tgħid li mhux se tirkupra qabel l-2024.

L-Easyjet ukoll għandha pjani li tagħlaq xi bażi tagħha u tnaqqas il-ħaddiema. Lufthansa wkoll bi pjani għas-sensji,u qed tippjana li tnaqqas 22,000 impjieg fis-snin li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta’ kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min…

Barranin

L-awtoritajiet Spanjoli ordnaw lir-reġjuni kollha biex jagħalqu l-istabbilimenti tad-divertiment u jipprojbixxu it-tipjip anki barra, f’żoni fejn huwa impossibbli li tkun osservata ż-żamma tad-distanza soċjali. Il-Ministru tas-saħħa Spanjol qal li l-miżuri…

Safar

Malta, Franza u l-Olanda huma fost il-pajjiżi li żdiedu fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi għar-Renju Unit iridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina….

Aktar