Lokali
L-Air Malta bi pjan biex topera rotot minn ajruporti Ewropej lejn Southend qrib Londra

L-Air Malta qiegħda tippjana li tibda topera titjiriet lejn l-Ajruport ta’ Southend viċin Londra possibilment minn ajruporti barranin. Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal fil-programm Dissett li l-pjani tal-kumpanija ser jitħabbru fil-ġimghat li ġejjin u ma eskludiex li l-Air Malta ser tagħmel dan għax qed tkun offruta kundizzjonijiet vantaġġjużi minn dan l-ajruport li qabel kien iservi għal manutenzjoni tal-ajruplan u issa qed joperaw fil-qasam tat-titjiriet kummerċjali.

L-Air Malta mistennija tħabbar dalwaqt li ser tkun qed topera rotot minn ajruporti Ewropej lejn l-ajruport kummerċjali ġdid ta’ Southend qrib Londra. Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion ikkonferma dan fil-programm Dissett.

Il-prospetti huma li l-ispejjeż huma baxxi hafna kompariti ma’ Heathrow, għax bis-sussidju bħalma joffru lil Easyjet u r-Ryanair, kemm dak li huwa groundhandling u taxxi u allura tgħinek biex toffri prezz aktar kompetitiv lil klijenti tiegħek.

In-Nutar Mangion argumenta li dal-mudell ekonomiku li biha ser taħdem l-Air Malta huwa differenti minn dak li kienet tuża meta kellha l-kumpanija Excalubur u l-Azurra Air li kienu jaħdmu mill-Ingilterra u mill-Italja rispettivament qabel ma fallew. Iċ-Chairman tal-Air Malta qal li l-kumpanija qed tikkonsidra wkoll rotot oħrajn ma’ dawk li tħabbru fosthom l-Alġerija u l-Kajr.

Huwa eskluda li l-Air Malta toffri skema ta’ irtirar volontarju lill-piloti, iżda mhux lil ħaddiema oħra tal-Air Malta.

Dwar ir-riżultati finanzjarji tal-Air Malta li tagħlaq is-sena finanzjarja tagħha fl-aħħar ta’ Marzu, in-nutar Mangion qal li l-kumpanija tidher li ser tifdi u tkun l-ewwel sena li tkun ħadmet mingħajr telf wara li tilfet 13-il miljun is-sena l-oħra. Charles Mangion qal li “jiġifieri jien cautiously optimistic li l-break even will be there.”

In-Nutar Mangion spjega li l-flotta tal-Air Malta mistennija tibda tinbidel gradwalment minn Novembru ta’ din is-sena. Dwar il-flotta l-ġdida, huwa qal li s’issa mhemmx deċiżjoni iżda sostna li t-tiġdid tal- flotta jista’ jsir mingħajr sieħeb strateġiku għalkemm żied jgħid li minn meta l-Air Malta reġgħet bdiet tikber, żdied l-interess minn kumpaniji barranin. Żvela wkoll li l-kumpanija Ċiniża tal-kiri tal-ajruplani hija interessata li jkollha bażi f’Malta possibilment għat-tiswija tal-ajruplani.

In-Nutar Mangion ħabbar ukoll li l-Air Malta ser toffri s-servizz tagħha b’xejn għal ġarr tat-tebut ta’ Dan Udrea li tilef ħajtu f’inċident is-Sibt li għadda biex jittieħed ir-Rumanija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li ċ-ċifri tal-Eurostat juru li fl-aħħar erba’ snin, Malta kellha tnaqqis fil-faqar fil-faxxex kollha tal-persuni li kienu f’riskju tal-faqar. Dr Falzon qal…

Lokali

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca offriet li timmedja fuq l-emendi tal-IVF wara li fi stqarrija mill-uffiċċju tal-President ngħad li hi tinsab imħassba bl-ostilità li qed toħroġ minn dibattiti pubbliċi dwar l-emendi…

Lokali

Huwa meqjus bħala l-akbar vjolinista fil-kamp tal-mużika klassika. Tinduna anke mill-manjiera kif mużiċisti oħra jilqawh, bi stima impresjonanti għall-kapaċitajiet li joffri. U meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb’wiċċ, issib persuna umli,…

Aktar