L-Air Malta bit-tieni rotta fl-Alġerija

L-Air Malta, il-Linja tal-Ajru Nazzjonali ta’ Malta, qed tippjana li tiftaħ rotta ġdida lejn Oran, it-tieni l-ikbar belt fl-Alġerija. It-titjira li ser issir darbtejn f’ġimgħa hija mistennija topera kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis mill-20 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu.

Is-Sur Joseph Galea, id-Deputat Kap Uffiċjal Kummerċjali fisser din it-titjira bħala aħbar tajba oħra kemm għal Malta kif ukoll għall-Alġerija. Qal li l-Air Malta bdiet ittir lejn il-belt kapitali tal-Alġerija, Alġiers, f’Ġunju tal-2013 u, wara r-rispons pożittiv, issa ħerqanin sabiex jibdew bl-operat lejn Oran. Huwa qal li din il-belt hija port importanti u ċ-ċentru kummerċjali, industrijali u edukattiv tal-Punent tal-Alġerija.

Dan is-servizz ser ikompli jżid mat-titjiriet li diġà jsiru darbtejn fil-ġimgħa lejn Alġiers u li issa ser jitilgħu għal tliet darbiet fil-ġimgħa matul l-eqqel xhur tas-sajf malli jintemm ir-Ramadan. Dan is-sajf, it-titjiriet lejn Alġiers ser joperaw kull nhar ta’ Tnejn, Ħamis u Ħadd.

It-titjiriet tal-Air Malta kemm lejn Alġiers kif ukoll lejn Oran ser joffru konnettività tassew meħtieġa bejn iż-żewġ pajjiżi u l-Ewropa ċentrali permezz ta’ Malta.

Oran hija ċ-ċentru kummerċjali, industrijali, u edukattiv fil-Punent tal-Alġerija. Hija belt prinċipali fuq il-kosta tal-Majistral tal-Mediterran u tinsab 432 kilometru (268 mil) mill-kapital Algiers. Il-belt għandha popolazzjoni fl-arja metropolitana ta’ madwar miljun u nofs abitant u hija għalhekk it-tieni l-akbar belt fl-Alġerija.

L-Air Malta ħatret lil Soleil Voyages bħala l-Aġent tal-Bejgħ Ġenerali tagħha għall-Alġerija fl-1 ta’ Diċembru 2014. Soleil Voyages huma sostnuti minn netwerk ta’ aġenti lokali tal-ivvjaġġar li ser ikunu qegħdin ibigħu lill-Air Malta u lil Malta madwar il-pajjiż kollu.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Aktar