Lokali
L-Air Malta b’numru limitat ta’ titjiriet lejn l-Italja biex iġġib lura r-residenti Maltin u provvisti mediċi

Wara li ġew sospiżi t-titjiriet kollha lejn l-Italja, l-Air Malta ħabbret li qed tippjana numru limitat ta’ titjiriet biex iġġorr provvisti mediċi urġenti għall-isptarijiet, merkanzija u biex iġġib Maltin lura lejn Malta. Is-sospensjoni tat-titjiriet u tal-katamaran għal żmien indefinit tħabbru mill-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet urġenti li saret ftit wara nofs il-lejl.

Dr Abela qal li d-deċiżjoni tal-Gvern ittieħdet wara d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, li l-Italja kollha tinsab fi kwarantina obbligatorja.

Mistoqsi jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jagħmel kwarantina mandatorja mal-pajjiż, il-Prim Ministru wieġeb li jekk il-miżuri ta’ bħalissa ma jkunux qed jiġu segwiti, ma jeskludi ebda miżura oħra b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Intant fl-istqarrija tal-linja nazzjonali tal-ajru intqal li r-ripatriazzjoni tal-Maltin se tkun ikkordinata milll-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej. L-Air Malta qalet li kuntatt għar-ripatrijazzjoni tar-residenti Maltin jista’ jsir fuq in-numru 00356 22042200 jew jintbagħat email fuq [email protected]

L-Air Malta qalet li tinsab kontinwament f’kuntatt ma’ diversi awtoritajiet u qed issegwi s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar