Air Malta
L-Air Malta b’tibdil fosthom fil-platti u l-ikel servut fil-business class

Jissuktaw l-bidliet fl-Air Malta mill-platti u l-ikel servut lill-passiġġieri fil-business class sa pjani għad-dipartiment tal-inġinerija. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal lil TVM li fix-xhur li ġejjin, il-linja nazzjonali tal-ajru ser tkun qed timplimenta erba’ bidliet fit-triq biex tkun kompettiva u tkompli tqum fuq saqajha.

L-Air Malta qed tippjana aktar riformi biex tkun tista’ tikkompeti aħjar fis-suq, bil-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi jikkonferma ma’ TVM li fost dawn ir-riformi ser ikun hemm ukoll id-Dipartiment tal-Inġinerija.

”Qed naraw x’servizzi u x’tip ta’ technical skills nistgħu nagħmlu internament u x’nistgħu nagħmlu b’mod estern u qegħdin nagħmlu din l-analiżi bħalissa.”

Il-Ministru Mizzi qal li d-dipartiment tal-inġinerija hu fost l-akbar spiża tal-Air Malta li tilħaq mat-32 miljun ewro fis-sena. Saħaq li r-riformi jridu jissuktaw inkluż fit-tiġdid tal-flotta biex il-linja tal-ajru tkompli tiġi fuq saqajha.

”L-ajruplani ser ikollna flotta ġdida ta’ A320 neo’s, li ser jinbidlu fuq medda ta’ 3/4 snin, ser ikollna mbagħad il-bidla fil-commercial fejn imbagħad ser inkunu qegħdin nirristrutturaw il-fare structure tagħna u qed naħdmu biex ikollna a higher yield product.”

Bidla immedjata li diġà dħhlet fis-seħħ hija fis-servizz tal-ikel abbord lil passiġġieri tal-business class, b’menu varjat b’36 ikla differenti fuq stil Malti. Minbarra titjieb fil-kwalità tal-ikel, dan ser jisserva fuq platti b’disinji Maltin li nħadmu apposta għall-Air Malta.

Il-Kok Joe Vella spjeġa li flimkien mat-tim tiegħu żviluppaw esperjenza kulinarja esklussiva għal-linja nazzjonali li daħlet sa l-inqas dettall, bil-qafla tradizzjonali għal-pożati, sal-ikel u l-mod li bih jiġi servut.

”Għamilna ikel healthy, affarijiet lokali anki id-deżerta, użajna tip ta’ affarijiet bħal żinġla ta’ Malta biex nagħtu dik l-attenzjoni, bħala under plate qegħdin nużaw il-maduma li hija ta’ Malta wkoll.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-Kaptan Cliff Chetcuti qal li biex tkompli ttejjeb is-servizz abbord, l-ekwipaġġ kollu tal-kabina ngħata taħriġ dwar das-servizz.

”Aħna nħossu li l-prodott li għandna jirrifletti l-kultura li nixtiequ nesebixxu fuq l-ajruplani tagħna u tiġi fuq l-istess livell mal-filosofija tagħna li nkabbru s-servizz u l-prodott abbord.”

Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal li l-menu l-ġdid tal-Air Malta huwa sinjal tal-kwalità li trid tilħaq l-Air Malta bħala linja ta’ bilħaqq nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar