Lokali
AĠĠORNAT: L-Air Malta b’4 rotot ġodda fosthom lejn Katanja u Southend

L-Air Malta ħabbret erba’ rotot ġodda, fosthom titjira diretta minn Malta lejn l-ajruport ta’ Southend f’Londra u minn Malta lejn Cagliari f’Sardenja. Il-linja nazzjonali ser topera wkoll diretti minn Cagliari u minn Katanja lejn Southend. Il-kumpanija qalet li dawn it-titjiriet ser isiru bi prezzijiet low cost. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li fi Frar l-Air Malta kellha żieda ta’ 30% fil-passiggieri u f’Marzu se tagħlaq is-sena finanzjarja tagħha mingħajr telf għall-ewwel darba f’bosta snin.

L-Air Malta nediet erba’ rotot ġodda, tnejn minn Malta u tnejn minn ajruporti fi Sqalija u f’Sardenja lejn Londra.

Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal li b’dan il-mod li l-linja tal-ajru qed tistenna iktar tkabbir b’firxa ikbar ta’ destinazzjonijiet bi prezzijiet low cost.

Fi ftit ġimghat l-Airmalta se topera r-rotta ġdida minn Malta lejn l-ajurport ta’ Southend f’Londra bi prezz ta’€39 lejn Londra u 35 sterlina minn Londra lejn Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport Southend Glyn Jones qal li l-ajurport inbena ħames snin ilu għall-Olimpjadi u saċ-ċentru ta’ Londra hemm biss 45 minuta bil-ferovija u li jinsab ċert li din ir-rotta se tkun konvenjenti u popolari ħafna.

Glyn Jones qal li “absolutely confident, great airline, great schedule, great arrival time, you’ll be in the centre london by 10 o clock”.

Iċ-Chairman tal-Air Malta qal li l-kumpanija ser topera wkoll lejn Southend Londra minn Cagliari f’Sardenja u minn Katanja fi Sqallija.

Minn Malta se topera wkoll rotta lejn Cagliari, bil-Kap Eżekuttiv ta’ dan l-ajruport Alberto Scanu jgħid li Sardenja hija destinazzjoni attraenti b’post li joffri kull tip ta’ divertiment u anki opportunitajiet ta’ negozju.

Dr Mangion ħabbar li bl-espansjoni tar-rotot, l-Air Malta sa Ġunju se tkun qed topera b’10 ajruplani, Ħabbar ukoll li mix-xahar it-titjiriet tal-Air Malta se jkunu aċċessibbli mill-website ta’ RyanAir.

TVM staqsa lil Dr Mangion jekk jahsibx li l-Airmalta hix se tlaħħaq mal-ispejjeż biex topera dawn ir-rotot low cost.

Dr Charles Mangion qal li “f’dak li huma spejjeż studju dettaljat dwar il-cost, dawn saru u jiffittjaw perfettament fl-iskema tal-go light anki fuq ir-rotot l-oħra. Nikkompetu sew mal-linji tal-ajru oħra, naħseb xħin tara dan kollu l-indikazzjonijiet se jkunu pożittivi”.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li bil-firxa ta’ iktar rotot li għalihom hemm domanda, l-Air Malta se tkun qed tasal għall-mira ewlenija tagħha li tkun il-linja tal-ajru tal-Mediterran. Huwa qal li fi Frar l-Air Malta kellha żieda ta’ 30% fil-passiġġieri meta mqabbel ma Frar tas-sena l-oħra. Il-Ministru Mizzi qal li għall-ewwel darba f’ħafna snin, l-Air Malta ser tagħlaq is-sena finanzjarja tagħha fl-aħħar ta’ Marzu mingħajr telf.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

L-Air Malta ħatret bord ta’ inkjesta biex jinvestiga kumment allegatament miktub minn pilota tal-Air Malta fuq Facebook dwar ħsara teknika fuq ajruplan. TVM hu infurmat li l-ħaddiem ġie sospiż sakemm isiru…

Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Aktar