Air Malta
L-Air Malta b’titjiriet għall-passiġġiera li tħallew l-art mill-Cobalt Air

L-Air Malta ħabbret li qed tipprovdi titjiriet apposta lill-passiġġiera li tħallew l-art wara li l-linja tal-ajru Ċiprijotta, Cobalt Air, ikkanċellat it-titjiriet kollha.

It-titjiriet qed jiġu offruti bi prezz ta’ €50, eskluż taxxi u miżati oħra, u se joperaw lejn Zurich, Londra, Pariġi, Dusseldorf, Moska u Tel Aviv, minn u lejn Malta, skont id-disponibbiltà.

L-Air Malta qed tagħti dawn it-titjiriet sussidjati fuq talba tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ċiprijotta, li talbet lill-membri tal-assoċjazzjoni tal-linja tal-ajru, IATA, biex b’mod volontarju tipprovdi ‘rescue fares’ għall-passiġġieri maqbuda fl-Ewropa, ir-Russja u l-Lvant Nofsani.

Il-biljetti jistgħu jiġu bbukkjati fuq in-numru +356 21662211 mil-lum sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, u jkopru titjiriet sal-aħħar ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tnejn minn tliet karreġġjati lejn il-Belt kellhom jingħalqu wara ħabta fi Blata l-Bajda. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, hemm involuti xarabank u karozza ta’ struttur tas-sewqan. Fil-karozza kien hemm żewġ…

Lokali

Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-maratona Oħloq Tbissima, f’Santa Venera, seħħ inċident żgħir fejn cameraman għal xi raġuni waqa’ minn fuq stand u qasam rasu. Il-President George Vella, li kien preżenti fuq…

Knisja Maltija

L-Għaqda Mużikali San Leonardu qed tilmenta minn deċiżjoni tal-Kurja li jinbidel kwadru tas-seklu 18 fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop ma’ kwadru ieħor ġdid. Fi stqarrija l-banda ta’ San Leonardu qalet li…

Aktar