Lokali
L-Air Malta se tibda ttir lejn l-ajruport Sqalli ta’ Comiso

L-ajruport ta’ Comiso huwa t-tielet wieħed li se tibda topera minnu l-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta.  Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li t-titjiriet se jibdew isiru darbtejn fil-ġimgħa mis-17 ta’ Diċembru li ġej.

Inqal li Comiso, li jinsab fl-inħawi ta’ Ragusa, fin-nofsinhar ta’ Sqallija, hija destinazzjoni ġdida għall-Air Malta bil-għan li tkompli bl-istrateġija ta’ tkabbir tar-rotot tagħha.

Il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta Paul Sies qal li din hija l-ewwel darba li l-Air Malta se tibda topera lejn Comiso u b’hekk se tkun qed ittir mill-inqas 18-il darba fil-ġimgħa matul ix-xitwa bejn iż-żewġ gżejjer ġirien.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-Air Malta qed issaħħaħ l-operat tagħha fi Sqallija bil-għan li sservi aħjar lit-turisti Sqallin u n-negozjanti li jistgħu jivjaġġaw minn u lejn Malta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Festi

Il-festi titulari fl-istaġun sajfi ġew iċċelebrati kollha. Iżda l-festi għadhom għaddejjin. Fil-fatt, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġu ċċelebrati ħafna festi żgħar f’kappelli li għandna f’Malta u Għawdex. Waħda minnhom…

Aktar