L-Air Malta se tibda ttir ukoll lejn Oran fl-Alġerija

Il-Linja tal-Ajru Nazzjonali ta’ Malta, l-Air Malta qed tippjana li tiftaħ rotta ġdida lejn Oran, it-tieni l-ikbar belt fl-Alġerija. It-titjira li ser issir darbtejn f’ġimgħa hija mistennija topera kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis mill-20 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu.

L-Air Malta bdiet ittir lejn il-belt kapitali tal-Alġerija, Alġiers, f’Ġunju tal-2013 u wara rispons pożittiv ittieħdet id-deċiżjoni li tibda topera wkoll lejn Oran.

Dan is-servizz ser ikompli jżid mat-titjiriet li diġà jsiru darbtejn fil-ġimgħa lejn Alġiers u li issa ser jitilgħu għal tliet darbiet fil-ġimgħa matul l-eqqel xhur tas-sajf malli jintemm ir-Ramadan. Dan is-sajf, it-titjiriet lejn Alġiers ser joperaw kull nhar ta’ Tnejn, Ħamis u Ħadd.

It-titjiriet tal-Air Malta kemm lejn Alġiers kif ukoll lejn Oran ser joffru konnettività tassew meħtieġa bejn iż-żewġ pajjiżi u l-Ewropa ċentrali permezz ta’ Malta.

Oran hija ċ-ċentru kummerċjali, industrijali, u edukattiv fil-Punent tal-Alġerija. Hija belt prinċipali fuq il-kosta tal-Majistral tal-Mediterran u tinsab 432 kilometru mill-kapital Algiers. Il-belt għandha popolazzjoni fl-arja metropolitana ta’ madwar miljun u nofs abitant u hija għalhekk it-tieni l-akbar belt fl-Alġerija.

L-Air Malta ħatret lil Soleil Voyages bħala l-Aġent tal-Bejgħ Ġenerali tagħha għall-Alġerija fl-1 ta’ Diċembru 2014. Soleil Voyages huma sostnuti minn netwerk ta’ aġenti lokali tal-ivvjaġġar li ser ikunu qegħdin ibigħu lill-Air Malta u lil Malta madwar il-pajjiż kollu.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar