Lokali
L-Air Malta se twassal il-katavru ta’ Dan Udrea r-Rumanija b’xejn

L-Air Malta se toffri t-trasport b’xejn sabiex il-katavru tal-vittma Dan Udrea jittieħed ir-Rumanija.

Dan qalu ċ-Chairperson tal-Air Malta Charles Mangion waqt il-programm Dissett.

Dan Udrea tilef ħajtu f’inċident skerz nhar is-Sibt li għadda meta waqgħet siġra fuq il-vettura tat-tip Nissan li kien qed isuq fi Triq Notabile l-Imrieħel.

Il-kumpanija li kien jaħdem magħha Dan Udrea, sħabu l-ħaddiema, u anke klijenti, ħarġu l-flus biex il-funeral ta’ Dan isir f’art twelidu.

Apparti l-ġbir ta’ fondi mill-komunità Rumena f’Malta, l-istaff tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-isptar Mater Dei ħa l-inizjattiva biex il-katavru ta’ Dan jintbagħat ir-Rumanija għad-difna. Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon, qal li f’anqas minn 12-il siegħa l-mira intlaħqet, bid-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħa u se jingħataw lill-membri tal-familja Udrea.

Dan Udrea kien deskritt minn sħabu tax-xogħol bħala bniedem impekkabbli, ħabib u blata tal-kumpanija.

Dissett jixxandar illejla fuq TVM fl-10.10pm.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Dan Udrea huwa l-vittma fl-inċident tal-Imrieħel

AĠĠORNAT: Jitkellem ħabib ta’ Dan Udrea – ħbieb tal-vittma jiġbru l-flus għall-funeral

Il-kollegi ta’ Dan jgħidu li fejn sar l-inċident ma kinitx triqtu

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar