Avjazzjoni
L-Air Malta tiċħad rapporti li dehru fuq il-midja

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta ċaħdet rapporti li dehru fil-midja dwar ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija bejn l-2017 u l-2018.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li dawn ir-rapporti għandhom l-għan li jimminaw u jtappnu x-xogħol tal-kumpanija u tal-ħaddiema.

Spjegat li r-rapporti li dehru ma tawx kas ir-rapport tal-awditur li kien parti mir-riżultati finanzjarji.

Stqarret li r-rapport tal-awditur għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2018, l-Air Malta rraportat profitti operattivi ta’ €1.2 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Aktar