Lokali
L-Air Malta b’investigazzjoni wara li 12-il bdot irrapportaw ma jifilħux, tirreaġixxi l-ALPA

Kompliet tippersisti l-kwistjoni ta’ numru għoli ta’ bdoti tal-Air Malta li qed jirrappurtaw ma jifilħux, bil-kumpanja tkompli b’investigazzjoni interna dwar l-allegat mard tal-bdot li qed iwassal ghal tharbit fl-iskeda tat-titjiriet tal-Airmalta. Tnax minn 24 bdot tal-linja nazzjonali li kienu skedati jaħdmu llum irrappurtaw ma jifilħux. Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-kumpanija teħtieġ stabbilità industrijali biex tkompli tikber, għaldaqstant appella għall-koperazzjoni mal-Union tal-bdoti, l-ALPA.

Fil-jum li l-Air Malta kmieni filgħodu kellha tiċċelebra l-wasla tat-tielet ajruplan ġdid fjammant għall-flotta tagħha, il-managament tal-kumpanija kellu jerġa’ jħabbat wiċċu mal-problema vera jew mistħajla ma’ numru ta’ bdoti li qed jirrapurtaw ma jifilħux u ma jidħlux għax-xogħol, problema li l-Air Malta ffaċċjat diġà fl-aħħar jiem u li ħolqot tħarbit għall-operat tagħha.

Is-Sibt filgħodu nofs il-bdoti tal-Air Malta li kienu skedati biex joperaw it-titjiriet tas-Sibt ma daħlux għax-xogħol u rrapputaw li ma jifilħux.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Clifford Chetcuti ddeskriva s-sitwazzjoni bħala inkwetanti li jkollok rata għolja ta’ bdoti li ma jirrappurtawx għax-xogħol minħabba mard.

“Tnax-il pilota llum sick minn 126 pilota – dak huwa 10% tal-piloti li għandek li huma fuq sick illum. F’ġurnata naħdmu qisu 46 flights kuljum għandek 24 pilots – jekk tnax imorrulek sick f’ġurnata għandek l-istand by coverage telaq kollu bla ma tkun għadek bdejt il-ġurnata. Issir challenging ħafna li żżomm l-iskeda meta għandek dan il-persentaġġ għoli ta’ piloti li jmorru sick.”

Is-Sur Chetcuti qal li l-kumpanija qed titratta l-każijiet tal-allegat mard b’serjetà u ser tibgħat it-tobba tal-kumpanija biex jeżaminaw il-bdoti biex tkun determinata l-ġenwità tal-każ.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi, qal li din is-sitwazzjoni qed toħloq staġnar fl-operat kemm b’titjiriet li jispiċċaw jittardjaw kif ukoll f’oqsma oħra tal-operat. Il-ministru Mizzi żvela li saru arranġamenti ma linja tal-ajru oħra biex jittaffa l-impatt fuq l-operat jekk il-problema tippersisti.

“Għandna ajruplan on stand by minn kumpanija oħra biex dan l-ajruplan jidħol mill-ewwel fl-operat u xorta nkunu nsitgħu noperaw is-schedule tagħna.”

Il-Ministru Mizzi qal li l-Air Malta lesta tiffirma l-ftehim mal-union tal-bdoti, l-ALPA, iżda l-Gvern mhux jilqa’ t-talba għal garanzija ta’ €700,000 għal kull bdot fl-iskema ta’ irtirar kmieni. Huwa saħaq li jekk ma jkunx hemm ftehim mal-bdoti, il-Gvern se jibqa’ għaddej bil-pjani tiegħu u jħares lejn strutturi alternattivi.

“Hemm different options – hemm l-option tal-Med Air li hija option realistika. Lil hinn mill-Med Air hemm air lines oħrajn li lesti jagħmlu dan l-operat in partnership mal-Gvern Malti.”

Dawn it-turbulenzi fl-Airmalta seħħew fl-istess jum li t-tielet ajruplan ġdid fjamant tal-Air Malta, tal-għamla Airbus A320 Neo ingħaqqad mal-flotta tal-linja nazzjonali. L-ajruplan li wasal Malta kmieni s-Sibt filgħodu nbena skont speċifikazzjonijiet imfassla mil-Air Malta u jista’ jġorr sa 180 passiġġier. Dan il-mudell hu magħruf għal anqas ħsejjes fit-tlugħ u fl-inżul kif ukoll għall-effiċjenza tiegħu fil-konsum tal-fuel.

Iċ-Ċermen tal-Air Malta, Charles Mangion qal li fix-xhur li ġejjin ser jaslu ajruplani oħra tat-tip A320 NEO bħala parti mill-pjan ta’ ħames snin għat-tiġdid tal-flotta. L-ajruplan l-gdid għamel l-ewwel titjira bil-passiġġieri s-Sibt filgħodu ftit wara l-wasla tiegħu f’Malta.

L-Union tal-Bdoti l-ALPA filwaqt li ma ċaħditx li nofs il-bdoti li kienu xogħol ma daħlux għax-xogħol minħabba mard, qalet li dawn l-allegazzjomi qed isiru biex il-kumpanija taħbi dak li sejħet bħala inkompitenza min-naħa tat-tmexxija.

L-ALPA qalet fi stqarrija li safejn taf hi m’hemm l-ebda investigazzjoni formali biex tkun sostanzjata l-akkuża tal-kumpanija dwar is-sick leave tal-bdoti. L-ALPA stiednet lill-Air Malta biex tagħmel investigazzjoni dwar l-għaliex il-bdoti qed iħossuhom ma jifilħux.

Ara l-kumment sħiħ tal-Ministru Mizzi:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ pantomimi bil-Malti qed joffru angolaturi u perspettivi kreattivi b’esperjenzi uniċi għall-udjenzi. TVM tkellem mad-diretturi ta’: “L-Imbuljuta, Pantomima fid-Dlam” u l-pantomima “Ħax-Xjuħ” li hi l-ewwel produzzjoni tax-xorta b’kast u krew…

Lokali

Għall-20 sena konsekuttiva, is-soċjetà Die Cast and Scale Model, qed torganizza l-wirja annwali u magħha qed jingħaqdu għaqdiet oħra bil-wirjiet rispettivi tagħhom. L-iżgħar membru għandu 11-il sena u l-aktar anzjan…

Qorti

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…

Aktar