Lokali
L-Air Malta toffri bosta għażliet għar-rifużjoni

L-Air Malta llum tenniet il-wegħda tagħha li tonora t-talbiet għar-rifużjonijiet kollha kif wkoll tipproċessa waħda mit-tliet għażliet ta’ vouchers offruti lill-klijenti biex jirribbukjaw titjiriet futuri.

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li l-għeluq tal-ajruporti, kif wkoll l-waqfien f’daqqa tad-dħul mill-bejgħ tal-biljetti, ma kienx xenarju li l-industrija tal-avjazzjoni inġenerali qatt ipprevediet. Qalet li f’dan ir-rigward, il-Linja tal-Ajru, bħal ħafna linji oħra, qed toffri bosta għażliet għar-rifuzjoni biex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u l-operat tal-partijiet interessati kollha fil-katina tad-distribuzzjoni tal-ivvjaġġar u tiffaċilità t-talbiet tal-klijenti.

L-Air Malta stqarret li, sal-lum, wara l-għeluq f’daqqa tal-ajruporti, il-Linja tal-Ajru kkanċellat il-fuq minn 5,000 titjira. Dan fixkel il-pjanijiet tal-ivvjaġġar ta’ aktar minn nofs miljun passiġġier, u possibbilment ħafna iktar, hekk kif il-linja tal-ajru qed tirristruttura n-netwerk tagħha. Sal-lum, il-Linja tal-Ajru rċeviet aktar minn 40,000 talba għal rifużjoni, prenotazzjoni mill-ġdid jew għażla ta’ waħda mill-vawċers offruti lillklijenti tagħha. Hekk kif jgħaddi ż-żmien u n-netwerk tal-linja tal-ajru jieħu l-forma, huma mistennija ħafna talbiet ġodda.

Filwaqt li l-Air Malta tirringrazzja lill-klijenti tagħha għall-paċenzja u l-appoġġ kontinwu tagħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli, qalet li tittama wkoll li l-iskeda tat-titjiriet l-ġdida li ser tibda topera mill-1 ta’ Lulju toffri aktar nies l-opportunità li jivjaġġaw.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar