L-Air Malta żżid titjira ġdida lejn Djerba

Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħabbret li sejra żżid l-iskeda tagħha bejn Malta u Djerba b’titjira fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tlieta mis-16 ta’ Settembru 2014. Għaldaqstant, il-linja tal-ajru Maltija sejra tibda topera tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn u mill-belt Tuneżina kull nhar ta’ Tlieta, il-Ħamis u l-Ħadd.

Huwa u jikkummenta fuq din l-aħbar, Joe Galea, il-Viċi-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, li din id-deċiżjoni ttieħdet wara żieda fid-domanda rreġistrata minn meta erġajna bdejna s-servizzi tal-ajru lejn it-Tuneżija x-xahar li għadda. Huwa qal li s-servizz sar popolari ħafna u ċ-ċifri tal-passiġġieri qegħdin jiżdiedu dejjem aktar.

Is-Sur Galea qal ukoll li, “Iż-żieda fil-frekwenza lejn Djerba hija pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna li nkomplu nassistu u niffaċilitaw il-vjaġġi bejn iż-żewġ pajjiżi wara li żdiedet id-domanda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.”

L-iskeda aġġornata tat-titjiriet se tkun kif ġej (ħinijiet lokali):

 It-Tlieta

KM680

Tluq

Malta

07:00

Wasla

Djerba

07:00

KM681

Tluq

Djerba

08:00

Wasla

Malta

10:00

Il-Ħamis

KM680

Tluq

Malta

14:55

Wasla

Djerba

14:55

KM681

Tluq

Djerba

15:55

Wasla

Malta

17:55

Il-Ħadd

KM680

Tluq

Malta

15:55

Wasla

Djerba

15:55

KM681

Tluq

Djerba

16:55

Wasla

Malta

18:55

 

Aħbarijiet Oħra

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li sal-lum f’Malta kellna erba’ każijiet ta’ persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19, ġew dikjarati li rkupraw mill-virus iżda wara xi żmien dawn reġgħu…

Il-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li minn meta tnediet il-Covid-19 tracing app il-ġimgħa li għaddiet, din tniżżlet mas-60,000 darba. Prof Gauci qalet li fuq Andorid din l-app tniżżlet 43,334…

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Aktar