Lokali
L-Ajruport jerġa’ jirreġistra aktar żidiet fil-passiġġieri

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kompla jirreġistra aktar żidiet fil-passiġġieri.

F’Novembru, l-ajruport ospita ’l fuq minn 55,000 passiġġier aktar mill-2016 u b’hekk ix-xahar ingħalaq b’total ta’ 405,724 moviment. Dan ifisser li t-tkabbir fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet kien ta’ 15.8%.

Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali qal li s-seat load factor (SLF) għal Novembru, li jindika kemm il-linji tal-ajru rnexxielhom jimlew postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, naqas ftit u kien ta’ 79%.

Spjega li b’aktar minn 100,000 moviment tal-passiġġieri, ir-Renju Unit kien fil-quċċata tal-lista, segwit mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju. Filwaqt li l-ewwel erba’ swieq kollha rreġistraw livelli differenti ta’ tkabbir, il-Belġju tilef madwar 570 passiġġier meta mqabbel mal-2016.

Qal li l-akbar żieda ta’ passiġġieri f’Novembru ġiet mis-suq Pollakk, li kiber b’76.3% fuq is-sena li qabel. Din iż-żieda qawwija rriżultat minn bosta fatturi fosthom żieda fin-numru ta’ titjiriet fuq ir-rotot ta’ Gdansk, Krakow u Wroclaw.

Temm jgħid li swieq oħrajn li esperjenzaw titjib notevoli li rriżulta minn skeda ta’ titjiriet imtejba u allokazzjoni ta’ aktar kapaċità jinkludu t-Turkija, l-Awstrija u n-Netherlands.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġimgħa għas-servizz pubbliku ssuktat bl-għoti ta’ rikonoxximent lill-impjegati għall-ideat li ressqu biex jitjieb l-operat tas-servizz pubbliku. Fost is-sitt uffiċjali pubbliċi ppremjati, Vannessa Caruana li hija learning support educator. Hi ħarġet…

Lokali

Il-Knisja Kattolika madwar id-dinja llum iċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ Marija Omm il-Knisja. Dan se jibqa’ jsir kull sena l-għada ta’ Għid il-Ħamsin, wara deċiżjoni tal-Papa Franġsiku li inkluda din…

Lokali

F’Malta l-għadd ta’ vetturi issa qed ilaħħaq it-873 għal kull elf persuna. Iż-żieda fil-vetturi ma tirriżultax biss f’aktar traffiku fit-toroq iżda f’effetti fuq is-saħħa tan-nies. Studju minn żewġ ekonomisti jikkonferma…

Lokali

Mitt jum mill-ġurnata mindu tanker żgħir registrat fit-Togo nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, beda x-xogħol biex it-tanker jinqala’ minn mal-blat. Dan wara li ħarġu l-permessi meħtieġa…

Aktar