Avjazzjoni
L-Ajruport jilqa’ aktar minn 670,000 passiġġier fix-xahar ta’ Mejju

Tul ix-xahar ta’ Mejju, aktar minn 670,000 passiġġier vjaġġjaw bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u waħda mid-destinazzjonijiet li magħhom huwa konness. Din iċ-ċifra sarrfet f’żieda ta’ 4.8% fit-traffiku tal-ajruport fuq l-istess xahar is-sena ta’ qabel.

Iż-żieda rrappurtata fil-movimenti tal-passiġġieri ġiet osservata b’mod parallel ma’ żieda ta’ 4.2% fil-movimenti tal-ajruplani, li rriżultat minn skeda tas-sajf li qed toffri konnettività mtejba. Filwaqt li n-numru ta’ postijiet disponibbli fuq it-titjiriet żdied b’5.3%, il-linji tal-ajru li joperaw mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rnexxielhom jirreġistraw seat load factor (SLF) tajjeb ta’ 80.2% għax-xahar ta’ Mejju.

L-aqwa ħamest iswieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta x-xahar li għadda kienu r-Renju Unit (+1.1%), l-Italja (+4.1%), il-Ġermanja (+0.3%), Franza (+4.3%) u Spanja (+15.3%), li kollha esperjenzaw livelli varji ta’ tkabbir. L-akbar żewġt iswieq tal-ajruport issa jistgħu jintlaħqu minn Malta permezz ta’ sitt rotot ġodda għax-xhur tas-sajf li huma Exeter, Cardiff, Perugia, Lamezia, Verona u Genova. Filwaqt li l-ewwel erba’ rotot ġew imnedija f’April, l-ewwel titjiriet minn Verona u Genova niżlu għall-ewwel darba fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta aktar kmieni din il-ġimgħa.

Ir-riżultati ta’ Mejju wasslu sabiex it-traffiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sa issa tela’ għal 2.5 miljun passiġġier.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

F’dawn il-jumejn f’Malta qed titlaqqa’ l-konferenza internazzjonali tal-Avjazzjoni msejħa CAPA, li qed tiddiskuti l-isfidi li hemm fis-settur tal-avjazzjoni. Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 100 delegat minn madwar id-dinja, fosthom…

Politika

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq…

Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li Andrew Borg Cardona kien żvija lil uffiċjali tal-Parlament meta jumeujn ilu daħal ma’ grupp ta’ nies fil-gallarija tal-Kamra minflok mar fil-kamra tal-Oppożizzjoni. Dan…

Aktar