Kurżitajiet
L-ajruport ta’ Amsterdam “jimpjega” ħnieżer biex igerrex il-wiżż

L-ajruport ta’ Schipol f’Amsterdam qed juża l-ħnieżer biex igerrex lill-wiżż u b’hekk ikun hemm iktar sigurtà.

Meqjus bħala t-tielet l-ikbar wieħed fl-Ewropa, l-ajruport huwa mibni fuq art reklamata – taħt il-livell tal-ilma – u jinsab madwar sitt mili bogħod mill-kapitali Olandiża.

L-art madwar l-ajruport hija mimlija għelieqi mgħottijin bl-ilma u jattira l-wiżż li jiġi biex jiekol minnhom.

Dan beda jikkawża tħassib għas-sigurtà tal-ajruplani u kien għalhekk li ġie deċiż li wara li jsir il-ħsad fuq il-post jitħallew 20 ħanżir ħalli jiekol il-fdalijiet li jkun baqa’ u b’hekk ma jifdal xejn għall-wiżż.

L-ajruport jimpjega wkoll 15-il ħaddiem full-time li jsuqu madwar ir-runways ħalli jgerrxu l-għasafar.

Fil-passat impjegati tal-ajruport anke tqabbdu biex jisparaw lejn il-wiżż biex joqtluh.