Barranin
L-ajruport ta’ Hong Kong fiċ-Ċina jerġa’ jiftaħ

Wara l-protesti tal-bieraħ l-ajruport ta’ Hong Kong fiċ-Ċina reġa’ fetaħ, iżda aktar minn mitejn titjira sfaw ikkanċellati. Il-pulizija ammettew li l-Ħadd waqt il-protesti kien hemm pulizija lebsin pajzana jagħmluha ta bir-ruħhom li huma parti mid-dimostranti u dan biex setgħu jikkontrollaw dawk li bdew jipprotestaw b’mod vjolenti. Filmat li ħareġ wera pulizija pajzana qed jarrestaw uħud mid-dimostranti. Dan kompla jqanqal rabja kbira fost dawk li qed jipprotestaw kontra l-Gvern u talbu li ssir inkjesta fuq l-azzjonijiet tal-pulizija.

Il-protesti f’Hong Kong ilhom għaddejjin għal aktar minn xahrejn u dan anki meta l-abbozz ta’ liġi għall-estradizzjoni ta’ persuni minn Hong Kong għaċ-Ċina. Ilbieraħ bi protesta għadd kbir ta’ dimostranti okkupaw l-ajruport ta’ Hong Kong bil-konsegwenza li ħafna titjiriet ġew ikkanċellati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar