Ambjent
L-Ajruport ta’ Malta jnaqqas 63 tunnellata ta’ emmissjonijiet ta’ CO2
Fl-2017 l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra tnaqqis ta’ 63 tunnellata ta’ CO2 mill-konsum tal-elettriku.Fi stqarrija maħruġa mill-Ajruport intqal li dan seħħ wara investiment f’pannelli fotovoltajiċi, liftijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u aktar tidwil LED.

Intqal li s-sistema fotovoltajka tal-ajruport iġġenerat aktar minn 630,000 kWh ta’ enerġija fl-2017.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg qal li l-Ajruport ma jipprovax ikun kumpanija aktar responsabbli biss billi jimmonitorja l-impatt ambjentali tiegħu, iżda anki billi jaħdem sabiex jikkontribwixxi għall-ekonomija lokali.